Sunday, November 10, 2024

F’Ġunju, l-Air Malta mliet 94 minn kull 100 siġġu fuq it-titjiriet kollha tagħha

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba wara ħafna xhur, il-kumpanija nazzjonali tal-ajru l-Air Malta fix-xahar li għadda mliet 94 minn kull 100 siġġu fuq it-titjiriet kollha tagħha. Iċ-ċifra mistennija tinqabeż għax-xahar ta’ Lulju. Fl-2019 l-ispazju okkupat kien ta’ bejn 70% u 74%.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana fil-Parlament. Huwa qal li “bit-tibdil li sar żidna load factor b’20 punt perċentwal. Dan hu dak li għandha bżonn l-Air Malta. Il-kumpanija trid li kull titjira li tagħmel, tkun mimlija nies sabiex b’hekk timmassimizza d-dħul tagħha.

“Inħares b’ottimizmu lejn il-futur biex nieħdu l-passi meħtieġa ħalli nsaħħu l-qafas finanzjarju ta’ din il-kumpanija. Fiduċjuż li bil-passi li għad baqgħalna nieħdu, il-pajjiż ikompli jkollu l-kumpanija nazzjonali tal-ajru,” tenna l-Ministru Caruana

Sport