Friday, November 15, 2024

Fgura United ikomplu jeċċellaw fil-volontarjat u r-ruħ soċjali permezz tal-isport

Aqra wkoll

“Il-volontarjat hu l-muftieħ għall-futur”. Hekk saħaq Larkin Bonnici, president żagħżugħ ta’ Fgura United, li beda jagħmel il-volontarjat minn mindu kellu 21 sena. “Ilni nagħmel il-volontarjat mal-Fgura United FC għal dawn l-aħħar tmien snin. Meta bdejt ħsibt li se nagħti biss.

Illum nirrealizza li tani ħafna, tant li sħabi eleġġewni bħala president tal-istess club tliet snin ilu”. Larkin semma kif meta tkun zġħazugħ mhux faċli tagħmel il-volontarjat. “Niftakar kif bdejt bħala coach li ngħin fl-iskola tal-football tal-club waqt il-weekends. Ovvjament bħal kull zaġħżugħ kont noħrog u ndum xi ftit barra. Mhux dejjem kienet tkun faċli li tqum kmieni l-Ħadd filgħodu biex tagħmel dak li hu mistenni minnek u mingħajr ħlas. Imma hu proprju dak is-sabiħ tal-volontarjat. Li jtella’ nies maturi li lesti jkunu ta’ servizz għall-komunitá mingħajr ma jistennew xejn lura”.

Meta mistoqsi x’tah il-volontarjat meta tqis li jiddendika daqstant ħin minkejja l-professjoni u l-istudji tiegħu mal-medda taż-żmien, Larkin qal: “Ibda biex il-volontarjat laqqgħani ma’ nies u esperjenzi li għallmuni ħafna, kemm fit-tajjeb kif wkoll fil-ħazin. Lili għeni nsaħħaħ is-sens ċiviku li jien qiegħed hawn biex ngħaddi dak li tgħallimt lit-tfal u ż-żgħażagħ.

Flimkien ma’ sħabi rawwimna għaqda sportiva li telqet minn sempliċiment football rikreattiv, għal għaqda sportiva li tipprovdi s-servizz ta’ tagħlim tal-football professjonali u li fl-istess ħin nissilna fit-300 membru tagħna l-importanza tar-ruħ soċjali.

Ekonomija

Sport