Sunday, November 24, 2024

F’ħames snin tressqu l-Qorti 573 persuna fuq traffikar ta’ drogi

Aqra wkoll

Bejn l-2018 u l-2022 tressqu l-Qorti 573 persuna fuq każijiet ta’ traffikar ta’ drogi. L-2019 kienet is-sena li fiha tressqu l-akbar ammont ta’ persuni (164) b’rabta ma’ dawn il-każijiet, segwita mill-2021 u l-2018, meta kienu tressqu 115 u 109 persuni rispettivament.

Fis-sena 2020 tressqu 97 persuna fuq traffikar ta’ drogi filwaqt li s-sena li għaddiet tressqu 88 persuna fuq dawn l-akkużi.

Sadanittant, f’dawn l-aħħar ħames snin kienu rrappurtati lill-Pulizija 767 każi ta’ feriti ta’ natura gravi u 3,417-il każ fuq ġrieħi ta’ natura ħafifa. F’dan l-istess perjodu, it-total ta’ każi rapportati dwar ħasil ta’ flus kienu jammontaw għal 628.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri meta kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet parlamentari li sarulu mid-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.

Sport