Hawaii għadha taħt twissija ta’ għargħar madwar l-istat. Dan wara maltempata qawwija li wasslet lill-uffiċjali biex jordnaw evakwazzjoni nhar is-Sibt.
Il-maltempata li laqtet lil Hawaii fil-jiem li għaddew, hija t-tieni avveniment ta’ temp sever fl-arċipelagu din il-ġimgħa li għaddiet.
Xi partijiet tal-istat kellhom minn 40 sa 50 pulzier (127 ċm) ta’ xita matul l-aħħar 10 ijiem. Ma kien hemm l-ebda mwiet irrappurtati, madankollu kien hemm numru ta’ korrimenti.
Il-gvernatur xtaq li, minħabba li l-art kienet diġà saturata mix-xita preċedenti, “se tieħu ħafna inqas xita biex tikkawża għargħar, għeluq ta’ toroq u ħsara.”
‘Il fuq minn 230 persuna ġew salvati s’issa.


