Wednesday, December 25, 2024

Fi 22 sena f’Malta seħħew 124 omiċidju

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar 22 sena fil-gżejjer Maltin seħħew 124 omiċidju li minnhom 44 vittma kienu nisa filwaqt li 80 kienu rġiel.

Dan ħareġ waqt li l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tal-Onor. Bernice Bonello.

Skont din l-informazzjoni l-aktar sena li fiha ġew irreġistrati omiċidji kien fl-2012 fejn kienu seħħew 12-il wieħed. Tlieta minnhom kienu nisa filwaqt li disa’ kienu rġiel.

L-iżgħar vittma kienet tarbija ta’ sena li kienet inqatlet fl-2001 f’Birżebbuġia. Dan filwaqt li l-aktar vittma anzjan kien ta 79 sena meta l-każ ta’ dan l-omiċidju kien seħħ fis-sena 2000.

F’dawn is-snin kien hemm ħames snin li fihom inqatlu aktar nisa milli rġiel. Fis-sena 2004 inqatlu 4 nisa, fl-2009 kien hemm 3 vittmi li kienu nisa, fl-2011 inqatlu tlett snin, 2018 seħħew 4 omiċidji fuq nies filwaqt li fl-2019 seħħew 3 oħra.

Dan jikkontrasta mas-sena 2000 u l-2018 meta ma seħħ l-ebda femiċidju.

Ekonomija

Sport