Thursday, March 28, 2024

Fi 3 snin 145 tfal iddaħħlu l-isptar bi problemi ta’ saħħa mentali

Aqra wkoll

Fil-perjodu mis-sena 2019 sa Novembru ta’ din is-sena kien hemm 145 tifel u tifla taħt it-18-il sena li ddaħlu l-isptar isofru minn xi problema relatata mas-saħħa mentali. 

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ta’ dan it-tagħrif waqt li kien iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat nazzjonalista Mario Galea.

Skont l-istess tagħrif mogħti mill-Ministru Fearne, il-każi ta’ tfal li sofrew problemi ta’ saħħa mentali kienu 72 fis-sena 2019, 23 fl-2020 u 50 sa Novembru ta’ din is-sena.

Minn dawn il-każi kollha 27 mit-tfal kienu ta’ nazzjonalità barranija. 

Ekonomija

Sport