Thursday, January 15, 2026

Fi Franza issa jippruvaw isikktu lill-unions…. b’azzjoni legali minn biljunarji

…solidarjetà mal-President ta’ CGT, Sophie Binet

Aqra wkoll

Fi Franza issa rajna żviluppp ġdid. Dak li biljunarji li jirrappreżentaw korporazzjoni kbar u negozji kbar qegħdin jheddu lil unions u rappreżentanti tagħhom b’kawżi legali fuq dak li jgħidu.

F’intervista fil-31 ta’ Jannar 2025, Sophie Binet esprimiet kritika leġittima tal-mexxejja tan-negozju Franċiżi li heddew li jirrilokaw biex jevitaw tassazzjoni aktar ġusta. L-użu ta’ azzjoni legali biex isikket din il-kritika juri disprezz profond għall-pluraliżmu demokratiku, u huwa tentattiv ieħor minn dawk li għandhom is-saħħa tan-negozju u l-finanzi  fl-Ewropa biex isikktu il-kritika u jrażżnu il-vuċi tat-trade unions.

F’ilment ippreżentat mill-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (ETHIC) iffinanzjata mill-biljunarju tal-lemin estrem Pierre-Édouard Stérin, Sophie Binet  ġiet akkużata b'”insulti pubbliċi”.

Eurocadres appellat lill-awtoritajiet Franċiżi biex jiggarantixxu bis-sħiħ id-drittijiet u l-libertajiet tat-trade unions, biex jipproteġu lil dawk li jiddefendu l-interess pubbliku, u biex iwaqqfu kwalunkwe tentattiv biex jużaw is-sistema tal-ġustizzja biex isikket il-vuċijiet kritiċi tat-trade unions.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport