Mijiet ta’ skejjel fi Franza kellhom jibqgħu magħluqa l-Ġimgħa wara li ssoktaw il-protesti tal-istudenti kontra n-nuqqas t’għalliema u staff, klassijiet iffullati żżejjed u bini fi stat ħażin.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Edouard Geffrey qal lill-midja Franċiża li waqt dawn il-protesti ndarbu 65 membru tal-istaff u saret “ħsara sinifikanti” fuq il-faċilitajiet tal-iskejjel, bil-lezzjonijiet kellhom isiru online.
Studenti Universitarji wkoll ingħaqdu f’dawn id-dimostrazzjonijiet. Intant, il-Ministeru tal-Intern ta’ Franza qal li ġew arrestati xejn inqas minn 1,949 persuna filwaqt li ndarbu 305 uffiċjali tal-pulizija.
