Sunday, October 27, 2024

Fi Frar żaru Malta 64,623 turist

Aqra wkoll

Matul ix-xahar ta’ Frar din is-sena żaru Malta 64,623 turist li bejniethom qattgħu ftit iktar min-nofs miljun lejl f’pajjiżna. Minn dan l-għadd, 55,887 ġew għal vaganzi, 5,050  għal skop ta’ negozju filwaqt li 3,686 ġew għal skop edukattiv, reliġjon jew ta’ saħħa. Dan juri wkoll zieda sostanzjali fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra meta żaru Malta 9,151 turisti biss.

F’dak li huwa dħul fl-ekonomija, fi Frar li għadda t-turisti nefqu f’Malta madwar €40 miljun, bin-nefqa medja kull lejl kienet stmata li tlaħħaq is-€76.9.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istaistika – NSO juru li s-swieq Franċiż, Taljan u dak Pollakk b’36.1 fil-mija kienu l-iktar li minnhom ġew turisti lejn Malta.

Fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena it-total kollu ta’ turisti li ġew Malta ammonta għal 124,357 li flimkien damu iktar minn miljun lejl f’Malta. Huwa stmat li dawn iġġeneraw €86.9 miljuni fl-ekonomija Maltija.

Sport