Fi ftit sigħat, il-Pulizija arrestat raġel wara li aktar kmieni llum, seraq laptop minn stabbiliment fil-Belt Valletta.
Ħabbret dan il-Pulizija filwaqt li spjegat li aktar kmieni għall-ħabta tas-2:00 p.m, il-Pulizija tal-Belt Valletta ġew infurmati bis-serqa u waqt rondi mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, l-allegat ħalliel, li qabel mad-deskrizzjoni li dehret fil-filmati tas-sigurtà, instab fil-Mellieħa u ġie arrestat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.