Sunday, August 10, 2025

Fi New York: Żagħżugħ ta’ 17-il sena akkużat bi sparatura li ħalliet tliet persuni midruba

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 17-il sena ġie arrestat is-Sibt li għadda b’rabta ma’ sparatura li fiha ndarbu tliet persuni f’Times Square, fi New York. Huwa ġie akkużat b’attentat ta’ qtil, aggressjoni u akkużi oħra relatati.

L-isparatura seħħet għall-ħabta tas-1.30 a.m. fl-intersezzjoni ta’ West 44th Street u Seventh Avenue. L-aggressjoni seħħet wara li ż-żagħżugħ allegatament kien involut f’argument ma’ żagħżugħ ieħor ta’ 19-il sena. 

Il-pulizija qalet li l-balal laqtu liż-żagħżugħ ta’ 19-il sena f’siequ l-leminija filwaqt li ndarbu żewġ persuni oħra – żagħżugħa ta’ 18-il sena u raġel ta’ 65 sena. Uffiċjali tal-pulizija li kienu f’dawk l-akwati marru minnufih fuq il-post kif semgħu t-tiri. 

Ħaddiema mediċi tal-emerġenza ħadu lit-tliet vittmi l-Isptar Bellevue għall-kura, bil-kundizzjoni tagħhom hija waħda stabbli. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport