Il-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha wara li mara ta’ 35 sena waqgħet sitt sulari minn tieqa ta’ lukanda li kienet tinsab fiha fi Spanja.
Hu mifhum li l-mara kienet tinsab waqt vaganza ma’ persuna oħra li x’aktar huwa s-sieħeb tagħha. Għadu mhux ċar jekk dan il-każ hux qed jitqies bħala inċident.
Hekk kif ġara l-każ, tim mediku ġie msejjaħ biex jagħti l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament il-mara kienet mejta fuq il-post.
Iż-żona fejn ġara l-inċident ġiet magħluqa mill-pulizija sabiex ikomplu jiinvestigaw dan il-każ sfortunat.