Sunday, December 22, 2024

Fi tlett ijiem tlaqqmu 5,311 persuna mill-mobile clinics fil-Belt Valletta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-1 ta’ Awwissu dawk bla karta ta’ identità jistgħu jniżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin

Dak li beda b’experiment bil-għan li aktar persuni jitlaqqmu u f’pajjiżna tiżdied il-popolazzjoni mlaqqma kontra l-virus tal-Covid-19 ġie deskritt bħala “suċċess kbir”

Ikkonferma dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’kumment lil INews b’rabta mal-andament tal-mobile clinics li bdew ftit tal-jiem ilu għal persuni li xtaqu jitlaqqmu mingħajr appuntament.

Fearne qalilna li dawn servew biex individwi li jagħmlu parti mill-komunità Maltija, u li s’issa għal xi raġuni ma kellhomx opportunità li jieħdu l-vaċċin, setgħu jitlaqqmu.

Fl-aħħar tlett ijiem fil-Belt Valletta tlaqqmu 5,311 persuna. Dan is-servizz ikompli s-Sibt filgħodu minn Raħal Ġdid u l-ġimgħa d-dieħla minn Marsaskala u Buġibba. 

Sadanittant, mill-1 ta’ Awwissu, persuni li ħadu t-tilqima kollha u ma għandhomx ID Card, inkluż it-tfal li għandhom ‘il fuq minn 12-il sena, jistgħu iniżżlu PIN mis-sit https://healthtoken.gov.mt sabiex imbagħad iniżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin. 

Il-Ministru Fearne temm jappella mill-ġdid biex kull min għadu ma ħax it-tilqima jagħmel dan kemm jistà jkun malajr.

Ekonomija

Sport