Saturday, December 14, 2024

Fiċ-Ċina: Pressjoni sabiex ma jsiru l-ebda parati tal-LGBT

… l-avvenimenti ilhom sospiżi mill-2021

Aqra wkoll

Madwar id-dinja fix-xahar tal-Pride isiru diversi ċelebrazzjonijiet. Minkejja dan, fiċ-Ċina ma kien hemm l-ebda avveniment maġġuri tal-LGBT. Fil-pajjiż, dawn l-avvenimenti ilhom sospiżi milli jsiru mill-2021.

Min-naħa tiegħu l-grupp Shanghai Pride ma ta l-ebda raġuni għal dan il-pass u qal li dak iż-żmien diversi attivitajiet kellhom jiġu kkanċellati u li kien hemm pawża mill-iskedar ta’ avvenimenti futuri.

Nies li jieħdu sehem fi protesti politiċi fiċ-Ċina spiss jiffaċċjaw kastig, għalhekk minflok ma organizzaw parati, ShanghaiPride kien organizza festini taż-żfin, ġirjiet komunitarji u wirjiet ta’ films.

ShanghaiPride mhuwiex l-uniku grupp LGBT ewlieni li jwaqqaf l-operat. F’dawn l-aħħar snin, bosta oħrajn kellhom jagħlqu, u b’hekk qajjmu l-biża’ ta’ ripressjoni fuq l-attiviżmu.

Fl-istess sena, grupp li fetaħ kawżi f’isem membri tal-komunità LGBT kellu jagħlaq għalaq. Dan minħabba li kien hemm rapporti li l-fundatur tiegħu kien miżmum mill-awtoritajiet.

Aktar kmieni x-xahar li għadda, iċ-ċentru LGBT ta’ Beijing kien l-aħħar grupp li waqqaf l-operazzjonijiet minħabba forzi lil hinn mill-kontroll tagħha.

Skont riċerka illi saret minn Daxue Consulting, irriżulta li fl-2019 kien hemm 75 miljun ruħ fiċ-Ċina li identifikaw bħala LGBT. Dan it-total jammonta għal 5% tal-popolazzjoni fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport