Thursday, December 26, 2024

“Fiċ-ċokon tagħna qegħdin naqsmu l-injezzjonijiet u nagħtu eżempju”

Aqra wkoll

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna mexxa quddiesa fil-Bażilika Minuri ta’ Marija Bambina, l-Isla u appella li l-poplu jħares lejn xulxin u naraw f’xulxin l-imħabba ta’ Alla.

Scicluna b’sens ta’ talb sellem lil Marija Bambina u talab il-barka fuq kulħadd, b’mod speċjali dawk li għaddejjin minn mard, tbatija fiżika u qtigħ ta’ qalb.

Huwa fakkar ukoll lil dawk li jinsabu milqutin mill-pandemija li għadha magħna u mhux biss f’pajjiżna jew fl-Ewropa, iżda fid-dinja kollha. 

L-Arċisqof irrikonixxa l-għajnuna ta’ pajjiżna li minkejja ċ-ċokon tiegħu qiegħed jaqsam ma’ ħaddieħor l-injezzjonijiet għax f’pandemija bħal din kull qatra tgħodd.

Ekonomija

Sport