Monday, October 13, 2025

Fikayo Tomori jista’ jġedded ma’ AC Milan 

Aqra wkoll

Id-difensur Italo/Ingliż Fikayo Tomori qed ikollu staġun pożittiv fl-ewwel ġranet ta’ dan l-istaġun ma’ AC Milan. Il-plejer ta’ 25 sena wara li kien diversi drabi se jitlaq lir-Rossoneri, reġa’ ħa postu fit-tim prinċipali. Wara perjodu ta’ inċertezza, il-klabb u r-rappreżentant tiegħu qed jiddiskutu tiġdid tal-kuntratt li jiskadi fl-2027. Huma diġa’ bdew jaħsbu għal tiġdid ta’ tliet snin fl-istess termini finanzjarji, jiġifieri 3.5 miljun euro fis-sena. 

Tomori b’kollox lagħab 118-il logħba ma’ AC Milan u skorja ħames gowls. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport