Friday, November 15, 2024

Fikayo Tomori u Milan se jġeddu sal-2027

Aqra wkoll

AC Milan u Fikayo Tomori mistennija jkomplu biż-żwieġ tagħhom hekk kif dan tal-aħħar mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu sas-sena 2027. Ir-rappreżentant tal-player ta’ 24 sena se jkun qed jiltaqa’ mad-direttur Milanist Frederic Massara sabiex jiftiehmu u jimxu fit-triq ‘il quddiem. 

Tomori ngħaqad mar-Rossoneri fis-sena 2021 u fi 48 partita skorja goal wieħed biss. Minkejja kollox, hu spikka bħala difensur ċentrali u kien strumentali fir-rebħ tal-kampjonat ta’ Milan.

Ekonomija

Sport