Saturday, December 21, 2024

“Fil-baġit mħabbar il-gvern nesa l-ġejjieni … irriċikla proposti minflok fassal pjan” – Bernard Grech

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub Minn CARMEN CACHIA

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, qal li l-Budget 2021 fih proposti pożittivi iżda hemm oħrajn reċiklati u huwa budget li ma jaħsibx għal għada minħabba s-sitwazzjoni bla preċedent li ninsabu fiha. Grech qal li l-Gvern f’dan il-budget nesa għada u nesa jindirizza l-problemi li ninsabu fihom u dawk li se nifffaċċjaw fil-futur immedjat. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Gvern qiegħed jibża’ jiffaċċja r-realtà tas-settur tas-saħħa, tat-turiżmu u l-qagħda finanzjarja ta’ eluf ta’ familji Maltin. Grech saħaq li fil-budget li ġie ppreżentat aktar kmieni ma kien hemm xejn dwar kif se jkunu indirizzati l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, kif se tkun indirizzata l-problema ta’ 83,000 persuna f’riskju ta’ faqar, xejn dwar pjan biex in-negozji Maltin u Għawdxin jibqgħu jlaħħqu mal-isfidi li għandhom u lanqas dwar Għawdex.

Grech saħaq li permezz dan il-baġit, jidher ċar li l-Gvern għajja u li m’għadx għandu ideat għax irriċikla proposti minflok fassal pjan biex nerġgħu nqajmu l-ekonomija. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit bl-ideat u b’viżjoni, mentri dak Laburista, l-uniku pjan tiegħu huwa li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Huwa żied jgħid li l-Gvern Laburista m’għandux idea kif joħloq niċeċ ġodda fl-ekonomija.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista indirizza konferenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għall-Budget 2021 fejn saħaq li l-budget mhuwiex joffri soluzzjonijiet għall-kriżi li għandna.

Ekonomija

Sport