Matul il-lejl li għadda fil-Bajja tal-Ġnejna faqqsu 79 fekruna.

L-ERA fi stqarrija qalet li “wara tlett iljieli impenjattivi, illum l-uffiċjali ddedikati tal-ERA u l-voluntiera tal-NTM fetħu l-bejta biex jiżguraw li l-fkieren kollha ħarġu, filwaqt li ġabru informazzjoni importanti għar-rekords ta’ konservazzjoni tagħna.

Is-suċċess ta’ din il-bejta jimmarka l-bidu ta’ dak li nittamaw se jkunu sensiela ta’ avvenimenti simili.”