Monday, July 21, 2025

Fil-Bangladesh: Minn tal-inqas 19 imutu wara li ajruplan tal-forza tal-ajru kraxxja fi skola 

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 19-il persuna tilfu ħajjithom u 164 oħra ndarbu wara li ajruplan tat-taħriġ tal-forza tal-ajru tal-Bangladesh iġġarraf f’kampus ta’ skola fil-kapitali Dhaka.

Fi stqarrija fuq Facebook, il-Forzi Armati qalu li l-ajruplan F-7 kellu ħsara mekkanika wara t-tluq tiegħu għat-taħriġ ftit wara s-1.00 p.m. (ħin lokali). Fost dawk li tilfu ħajjithom kien hemm ukoll il-pilota. 

Ġie rrapportat kif aktar minn 50 persuna, fosthom tfal u adulti, ittieħdu l-isptar minħabba li sofrew ħruq kawża tal-inċident. Dawk midruba ttieħdu fi sptarijiet fil-qrib biex jingħataw il-kura filwaqt li timijiet ta’ emerġenza komplew bil-ħidma tagħhom ta’ salvataġġ fuq il-post. 

Sadanittant twaqqaf ukoll kumitat ta’ investigazzjoni biex jinvestiga l-inċident. Ritratti minn fuq il-post kienu juru għadd kbir ta’ ħaddiema tas-servizzi tal-emerġenza jfittxu qalb il-fdalijiet biex jippruvaw isibu aktar persuni ħajjin, filwaqt li ġew innotati folol kbar ta’ nies fuq il-binjiet tal-madwar biex jaraw x’kien ġara. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport