Fil-Jupiler Pro League tal-Belġju, Genk, li kienu ilhom jillidjaw il-klassifika għal ħafna żmien, ġew milħuqa minn Union St-Gilloise tal-internazzjonali Malti, Teddy Teuma.
Huma temmew l-istaġun regolari b’75 punt kull wieħed minn 34 logħba qabel ma jibdew jilagħbu l-play-offs flimkien ma’ Antwerp li spiċċaw bi 72 punt u Club Bruges b’59.
Genk setgħu biss jiġu draw 2-2 kontra Charleroi barra minn darhom waqt St-Gilloise għelbu lil Kortrijk 4-2 meta huma wkoll kienu qed jilagħbu away ukoll.