Sunday, December 22, 2024

Fil-Belġju: St-Gilloise jibqgħu żewġ punti wara l-leaders Genk

Aqra wkoll

It-team tal-midfielder internazzjonali Malti, Teddy Teuma, Union St-Gilloise, kisbu rebħa ta’ 2-1 meta f’darhom għelbu lit-team tal-qiegħ tal-klassifika tal-Jupiler Pro League tal-Belġju, RFC Seraing.

Huma baqgħu żewġ punti wara l-leaders Genk, li magħhom kien jilgħab l-eks internazzjonali l-ieħor Malti, Carmel Busuttil, li min-naħa tagħhom għelbu lil Anderlecht 5-2.

Meta għat-tmiem tal-kampjonat regolari fadal logħba waħda qabel ma l-ewwel erba’ timijiet jilagħbu fuq bażi ta’ league għar-rebħ tat-titlu, Genk għandhom 74 punt, St-Gilloise 72, Antwerp 69, Gent u Club Bruges 56 u Standard Liege 55.

Ekonomija

Sport