Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo meta għalaq id-diskussjoni dwar l-estimi għal Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, saħaq li “fil-bidu tal-pandemija kellek pajjiżi jiġġieldu ma’ xulxin biex jakkwistaw dak li kellhom bżonn. Aħna bħala pajjiż żgħir nista’ ngħid li kellna kontejners sli kienu ġejjin hawn iżda indaħlu nies bil-flus u ħadulna dak li ordnajna. Sfortunatament anke l-Unjoni Ewropea ma kinitx organizzata biżżejjed.”