Cleidiane Santos dos Santos, mara ta’ 27 sena nhar l-Erbgħa li għadda welldet tifel li kien twil żewġ piedi u jiżen 7.3kg. It-tobba qegħdin jgħidu li t-tifel kien kbir daqslikieku kellu disa’ xhur wara li twieled.
Santos, marret l-isptar għal vista, iżda t-tobba nnutaw lit-tarbija kienet kibret wisq u għalhekk kien diffiċli għall-omm li ġorru għal bqija taż-żmien minħabba t-toqol.
It-tifel li ngħata l-isem ta’ Angerson qed f’qagħda stabbli, iżda t-tobba qegħdin jaraw kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni.
Angerson kiser rekord ġdid fl-istat fejn twieled fil-Brażil hekk kif l-aktar tarbija kbira li qatt twieldet kienet fl-2011 meta wkoll tifel kien twieled jiżen 7kg u twil 1.8 pied. Iżda fil-Brażil kien hemm tifel ieħor li xorta għadu qed iżomm ir-rekord tal-akbar tarbija tat-twelid. Dan hu Ademilton dos Santos li twieled fl-2005 u kien jiżen 8kg.
It-tobba qalu li l-omm kienet tbati biz-zokkor u għalhekk it-tarbija kibret dan il-kobor meta kienet għadha fil-ġuf.
Intant, l-akbar tarbija kbira li qatt twieldet hija Anna Bates li twieldet fl-Italja fl-1955. Hi kienet tiżen 10.2kg.