Tifel ta’ sena miet wara li tfixkel u waqa f’barmil ilma. It-tifel ġie rasu ‘l isfel il-barmil u b’konsegwenza t’hekk bela’ ħafna ilma u spiċċa biex għereq.
Hu mifhum li dak il-ħin, l-omm ma kinitx id-dar għaliex marret tixtri mis-suq. Għalhekk it-tifel kien jinsab waħdu d-dar flimkien ma’ żewġ ħutu subien li kif indunaw b’ħuhom marru jsibu xi ġirien biex jgħinuhom isalvawh. Sfortunatament it-tifel kieen mejjet.
Il-pulizija bdiet bl-investigazzjoni tagħha u sa issa għadu mhux magħruf jekk il-barmil tħalliex barra biex it-tifel jilgħab bih jew jekk kienx jintuża għat-tindif.
Fil-jiem li ġejjin, il-pulizija ser ikunu qed jagħmlu xi mistoqsijiet lil omm it-tifel.