Sunday, September 28, 2025

“Fil-Budget il-familja se tkun fuq quddiem nett u fiċ-ċentru tagħna”

Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li familja soda tfisser soċjetà soda

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li familja soda tfisser soċjetà soda.  Meta kien qed jiġi intervistat mill-preżentatur John Bundy, Dr Abela qal li fil-Budget, il-familja se tkun fuq quddiem nett u fiċ-ċentru ta’ Gvern Laburista.  Fl-intervista kien mistoqsi dwar bosta temi, ewlenin fosthom miżuri għall-familja. 

Dr Abela qal li kull familja għandha l-għażla personali tagħha u l-piż tat-trobbija kulħadd jaf x’inhu.  Spjega li r-realtajiet mhumiex finanzjarji biss, u qal li jrid jintloħoq bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.  Fisser kif il-ħsieb tal-Gvern hu li tingħata għajnuna lill-familji, f’diversi forom.  Elenka l-għajnuna li ngħatat lill-familji u indika li fil-budget li jmiss se jkomplu jissaħħu l-miżuri favur il-familja. Il-Prim Ministru qal li l-investiment fl-edukazzjoni se jkompli jissaħħaħ għax b’hekk jinbena nukleju b’saħħtu għall-familji. 

Tkellem ukoll dwar ir-riformi li qed isiru għall-familja, fosthom semma l-IVF anke jekk il-PN oppona dan is-servizz li qed jingħata bla ħlas lill-koppji Maltin u Għawdxin.  Aspett ieħor li semma Dr Abela huwa r-riforma fil-liġi tal-familja li qed issir ħidma fuqha biex tkompli tindirizza r-realtajiet li qed jiffaċċjaw il-familji.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport