“Fir-raba’ budget minn ħamsa ta’ din il-leġiżlatura se nkomplu nqassmu u nqassmu b’saħħa aktar minn qatt qabel. Stennew aktar żidiet fi-pensjonijiet, aktar żidiet fiċ-children’s allowance għax il-ġid ta’ pajjiżna huwa bi dritt il-ġid tal-Għawdxin u tal-Maltin kollha kemm huma.”
Sostna dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f’indirizz li għamel waqt l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista bit-tema ‘Il-Ġid għall-Maltin’.
B’merħba sabiħa minn dawk, li nġabru fil-kwartieri tal-Partit Laburista, proprju fix-xahar li qed jitfakkar it-tletin anniversarju tal-binja, il-Prim Ministru fakkar kif, sena ilu, il-Partit Laburista rebaħ żewġ elezzjonijiet, iżda l-poplu bagħat messaġġi ċari.
Fosthom li ried li l-Partit Laburista jibqa’ fit-tmexxija, imma li dan ikun Partit aħjar milli hu u li jagħti iżjed widen lill-bżonnijiet tal-poplu.