Tilda Kantala, żagħżugħa ta’ 23 sena mill-belt ta’ Torku fil-Finlandja spiċċat twelled tarbija ftit minuti biss wara li bdiet titgħawweġ b’uġigħ f’żaqqha.
Li l-uġigħ u l-ħruq li bdiet tħoss Tilda kien se jirriżulta fit-twelid ta’ Tarbija żgur ma kienx f’moħħha hekk kif l-ewwel ħsieb li għadda minn rasha kien li kienet għamlitilha d-dena xi ikla li kienet kielet.
Minn din is-sorpriża kollha, Tilda welldet tifel bl-isem ta’ Alex u llum kemm hi kif ukoll iċ-ċkejken Alec jinsabu fi stat ta’ saħħa tajba ħafna.