Friday, November 15, 2024

Fil-Ġermanja: Ħatja b’kompliċità ta’ qtil ta’ iżjed minn 10,000 persuna waqt l-Olokawst

Aqra wkoll

Mara ta’ 97 sena ngħatat sentenza sospiża għal sentejn wara li nstabet ħatja li kienet kompliċi fil-qtil ta’ eluf ta’ persuni fi żmien l-Olokawst.

Hija dehret il-qorti ta’ Itzehoe, fil-Ġermanja, iktar kmieni llum.

Irmgard Furchner, li kienet taħdem xogħol ta’ segretarja f’wieħed mill-kampijiet ta’ konċentrament tan-Nażi, kienet involuta fil-qtil ta’ 10,505 persuni.

Furchner ħadmet fil-kamp ta’ Stutthof (qrib Gdansk) għal sentejn sħaħ — mill-1943 sal-aħħar tar-reġim Nażista fl-1945.

Ekonomija

Sport