Sunday, January 19, 2025

Fil-ġimgħa li għaddiet l-uffiċjali ta’ TM intervjenew f’72 inċident 

Aqra wkoll

Matul din il-ġimgħa, l-uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta intervjenew f’72 inċident li jinvolvu kolliżjonijiet jew ħsarat fil-vetturi. Minn dawn kollha, kien hemm ukoll 4 kolliżjonijiet bi ġrieħi. Il-ħin medjan ta’ rispons mill-uffiċjali tal-infurzar kien ta’ anqas minn 12 -il minuta.

Dan it-tagħrif ingħata minn Transport Malta, fejn ġie appellat sabiex is-sewwieqa kollha jibqgħu viġilanti u jsuqu b’mod sigur. Qalu li kull prekawzjoni li tieħu tgħin biex tevita inċidenti u tħares it-toroq ta’ pajjiżna biex ikunu aktar sikuri għal kulħadd.

TM ħeġġet ukoll lis-sewwieqa biex jekk ikunu jridu jirrappurtaw xi inċident, jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ messaġġ privat jew inkella billi jniżżlu t-TM ALERT app  mill-App Store jew Google Play.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport