Fil-ħabsijiet ta’ pajjiżna hemm 745 persuna li minnhom 685 huma rġiel u 60 huma nisa. Infurmat li kważi nofshom huma Maltin (362). Dan iddikjarah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
Il-Ministru Camilleri qal ukoll li l-kumplament tal-priġunieri ġejjin minn diversi pajjiżi, fosthom mill-Afghanistan, Albania, Alġeria, Belgium, Bosnia, Brażil, Renju Unit, Bulgaria, Burkina Faso, Kanada, Cape Verde, Chad, Chile, Ċina, Colombia, Kroazja, Repubblika Ċeka, Denmark, Repubblika Domenikana u l-Olanda, fost oħrajn.