Sunday, November 24, 2024

Fil-jiem li ġejjin parti minn Triq l-Ifran fil-Belt Valletta se tkun magħluqa

Aqra wkoll

Infrastructure Malta tkompli għaddejja b’bosta xogħlijiet fit-toroq tagħna. Ftit tal-ħin ilu għadu kif ġie mħabbar li se jsiru xi xogħlijiet matul il-lejl minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Lulju sa nhar il-Ħamis 21 ta’ Lulju. Dan ix-xogħol ħa jsir bejn is-7:30 p.m. u l-5:00 a.m. tal-għada filgħodu fil-Belt Valletta.

It-triq li se tkun magħluqa minħabba xogħol ta’ manutenzjoni billejl hija parti minn Triq l-Ifran (Old Bakery Street), mill-kantuniera ma’ Triq San Ġwann sal-kantuniera ma’ Triq l-Ordinanza.

Għaldaqstant, dawk l-individwi li kien beħsiebhom jagħmlu użu minn din it-triq huma mħeġġa biex jgħaddu minn toroq alternattivi fil-qrib. 

Sport