Friday, November 15, 2024

Fil-jiem li ġejjin se jsir it-tielet round ta’ offerti għall-bejgħ ta’ Manchester United

Aqra wkoll

It-tielet u l-aħħar round ta’ offerti għall-bejgħ ta’ Manchester United huwa mistenni li jsir fil-jiem li ġejjin hekk kif l-offerenti, bl-aktar tnejn favoriti huma  x-Sheikh Jassim bin Hamad al-Thani bbażat fil-Qatar u l-biljunarju Ingliż Sir Jim Ratcliffe, iridu jżidu l-offerta tagħhom. 

Qed jingħad li sat-28 ta’ dan ix-xahar ikun hemm indikazzjoni min se jkunu s-sidien il-ġodda tal-club.

Peró, is-sidien attwali,  il-familja Glazers, qed ifittxu bejgħ sħiħ tal-club u għaldaqstant qed jitolbu £6 biljuni liema somma għadha ma ntlaħqitx. 

Iżda għadu xejn ma huwa deċiż minħabba li jekk ħadd ma jħallas din iċ-ċifra, allura teżisti possibbiltá li l-Glazers jinteressaw ruħhom f’investiment. Infatti hemm seba’ konsorzji li lesti li jinvestu u jidħlu bi sħab magħhom. 

Mossa bħal din tippermetti lill-Glazers jibqgħu fit-tmexxija u jipprovdu l-fondi meħtieġa biex jirranġaw l-istadium ta’ Old Trafford jew jibnu stadium ġdid u jirranġaw il-ground tat-taħriġ tal-club.

Iżda din l-idea xejn ma hija popolari mal-partitarji tar-Red Devils hekk kif iridu lill-Glazers jitilqu għal kollox mill-club. 

Ekonomija

Sport