“Monsinjur Victor Grech kien figura kostanti fil-ħidma soċjali qalb in-nies l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Qatt ma ħares lejn uċuh iżda lejn il-qlub tan-nies”.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Prim Ministru Robert Abela hekk kif sellem il-memorјa ta’ Dun Victor Grech.
Il-PM irrimarka li l-esperјenza tiegħu ma’ Grech, għallmitu li kulħadd ħaqqu opportunità oħra fil-ħajja u d-dover ta’ kulħadd hu li noffru spalla lil min ikun għaddej minn perjodu diffiċli.
Abela qal li t-tgħanniqa li kien jagħti lil kull persuna fil-bidu ta’ vjaġġ ieħor sabiħ tal-ħajja kienet tfisser ħafna u kont nara fih ferħ indeskrivibbli.
Temm јgħid: “Fil-jum li tlifna lil dan il-ġentlom, Malta ssellem missier soċjali li wettaq ħafna ġid.”