Familja fil-Kanada spjegaw kif darba t-tifla tagħhom qaltilhom li hi ma tħosshiex li hi tifel. It-tifla minn dejjem ħasset li kellha xi ħaġa differenti u darba kellmet lil ommha u qaltilha li riedet tibda tilbes l-ilbiesi. Għall-bidu l-ġenituri tagħha ħasbu li din hija biss fażi li jgħaddu minnha t-tfal iżda ftit wara rrealizzaw li t-tifla tagħhom hija determinata li tkun dak li tixtieq hi.
Meta darba ġiet biex tagħżel kostum hija għażlitu tal-bniet u huma ħallewha tilbsu. Għall-ewwel sabuha diffiċli kif għandhom jaġixxu f’sitwazzjoni bħal din. Ħadu pariri mingħand psikologu tat-tfal u dan żgurahom li ma kienu qed jagħmlu xejn ħażin.
“Ella minn dejjem ħasset x’kienet, aħna li domna ma indunajna” Qalet omm it-tifla. Hija kompliet tgħid li minn dejjem kienet differenti minn subien oħra. Filwaqt li subien tamparha kienu jilagħbu bil-karozzi, hi kienet tħobb tilgħab bil-pupi kif ukoll tħobb tilgħab mal-bniet.
Minn dakinhar ħallew lit-tifla tagħmel dak li tħoss. Hija bdiet billi għażlet l-isem ta’ Ella u bdiet tħalli xagħarha jitwal. Eventwalment bdiet tilbes l-ilbiesi tal-bniet.
Kif Ella għalqet it-tmien snin, il-ġenituri tagħha ddeċidew li jorganizzawlha gender reveal forma ta’ festin biex jiċċelebraw mal-familja kollha u jħabbru d-deċiżjonijiet ta’ Ella lill-kumplament tal-familja.
Apparti Ella, hemm ukoll żewġ ħutha subien iżgħar minnha. Il-ġenituri spjegaw li kif dawn iħobbu jilagħbu bil-goff bejniethom, Ella qatt ma tkun trid tilgħab magħhom logħob ta’ dak it-tip.
“Qatt ma ħassejt li jien tifel minn ġewwa” qalet it-tifla. Ella issa tħossha libera li tkun dak li trid hi u tħossha milqugħa minn kulħadd speċjalment mill-familjari u l-ħbieb tagħha.