“Fil-Knisja Arċipretali ġiet armata x-xbieha tal-Papa Franġisku wara li aktar kmieni llum tħabbret il-mewt tiegħu fl-età ta’ 88 sena. Ma’ din ix-xbieha ġiet esposta wkoll karlotta tal-Papa Franġisku ġentilment mislufa lilna minn Luke Scicluna li ltaqa’ mal-Papa Franġisku bħala abbati fil-Vatikan”.
Dan kien il-messaġġ li wasslet il-Parroċċa ta’ San Sebastjan f’Ħal Qormi, fejn ingħad li l-istess parroċċa qed tistieden lil kulħadd sabiex għada nieħdu sehem f’Quddiesa de Requiem li se jiċċelebra l-Arċisqof Charles Scicluna għada fis-6:30pm fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Mil‑lum sa nhar il‑funeral tal‑Qdusija Tiegħu, il‑knejjes kollha f’Malta se jdoqqu l‑qniepen b’tislima u ringrazzjament għas‑servizz li l‑Papa Franġisku ta lil Kristu, lill‑Knisja Kattolika u lill‑umanità kollha.
Minn għada wkoll se jkun hemm ktieb ta’ kondoljanzi fin‑Nunzjatura Appostolika għal Malta f’Tal‑Virtù r‑Rabat.