Monday, November 11, 2024

Fil-Kroazja: Tnax-il persuna mejta wara inċident bil-karozza tal-linja

Aqra wkoll

Inċident tat-traffiku li seħħ fil-Kroazja kmieni dalgħodu ħalla 12-il persuna mejta filwaqt li 32 passiġġier sfaw midruba u jinsabu l-isptar għal aktar kura. Sa issa huwa rrappurtat li 19 minnhom weġġgħu serjament u qegħdin f’qagħda kritika.

Il-passiġġiera kienu jagħmlu parti minn grupp kattoliku ta’ San Ġużepp li fost dawn kien hemm tliet saċerdoti u sitt sorijiet. Huma kienu qed jivvjaġġaw lejn Bosnia biiex imorru fi knisja kattolika. Hu mifhum ukoll li l-passiġġiera kienu kollha pollakki. 

Il-karozza tal-linja li kienu jinsabu fuqha ħarġet mit-triq bejn Jarek Bisaski u Podvorec u għal xi raġuni spiċċat ġo foss fit-triq. Bħalissa l-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha għalhekk għadu mhux magħruf x’seta’ wassal għal dan l-inċident.

Il-Prim Ministru Kroat, Andrej Pllenkovic, esprima l-kondoljanzi tiegħu lil familji kollha tal-vittmi. Aktar tard huwa tella’ post fuq twitter fejn qal li s-servizzi tal-emerġenza għamlu dak kollu li hu possibbli sabiex jgħinu. 

Sport