It-tiġrif ta’ dan l-ajruplan, fost ħafna mhux jitqies bħal li hu inċident, imma hemm domandi kbar. Sorsi mil-Libja, li tkellmu ma’ IT-TORĊA qalulna li “nemmnu li dan mhux sempliċiment tiġrif. Hemm ħafna domandi mhux imweġbin. Nemmnu li ma nistgħux nibqgħu bla informazzjoni ta’ x’ġara f’dan il-każ”.
Kien minħabba f’hekk li fl-aħħar sigħat f’żoni fi Tripli seħħew diversi protesti hux uffiċjali. Ir-rabja pubblika infirxet fit-toroq dwar dak li d-dimostranti jiddeskrivu bħala falliment dejjem akbar mill-Gvern tar-Reġjun tal-Punent li jipproteġi lill-Libjani, kemm f’pajjiżhom kif ukoll barra minn pajjiżhom.
Fil-qalba tal-għadab tinsab il-mewt ta’ Mohamed Haddad, Kap tal-Istaff Ġenerali tal-Gvern tar-Reġjun tal-Punent, li miet flimkien ma’ uffiċjali għolja f’tiġrif suspettata ta’ ajruplan fit-Turkija. Dak li suppost kien vjaġġ uffiċjali ta’ rutina nbidel fi trawma nazzjonali, u għadd ta’ akkużi politika.
Sorsi li tkellmu magħna qalulna li “għal ħafna Libjani, il-mistoqsijiet huma brutali u inevitabbli. It-Turkija mhijiex sieħba newtrali. Hu pajjiż li pprovda appoġġ militari deċiżiv fis-sena 2019 meta l-militar Libjan taħt Khalifa Haftar avvanza lejn Tripoli. Ankara hija membru tan-NATO, ċentru modern tal-avjazzjoni, u stat li jiftaħar b’kapaċitajiet avvanzati ta’ sikurezza tal-ajru u intelliġenza. Allura kif tista’ tintilef delegazzjoni li ġġorr it-tmexxija militari ewlenija tal-Libja f’ċirkostanzi bħal dawn?”.

