Saturday, November 23, 2024

“Fil-Libja konna f’ħabs… ġejna fl-Ewropa u spiċċajna priġunieri ukoll”

Aqra wkoll

Jgħid dan immigrant f’xhieda lill-OHCHR f’missjoni li dawn kellhom f’Malta

Minn Victor Vella

L-Uffiċċju għad-Drittijiet Umani tan-Nazzjonijiet Uniti (OHCHR) talab biex tittieħed azzjoni urġenti u jkun indirizzat l-orrur li lanqas wieħed jimmaġinaw li qed jgħaddu minnu persuni li jkunu qed jaqsmu ir-rotta ċentrali tal-Mediterran, dik bejn il-Libja u l-Ewropa.

Il-OHCHR tkellmet fuq dak li hi sejħet ‘ċiklu ta’ vjolenza’, fejn persuni fil-Libja  jiffaċċjaw għadd ta’ nuqqasijiet u abbużi fil-Libja, u li dawn imbagħad jitħallew għal riħhom għal jiem sħaħ fuq il-baħar. Jisħqu li ħafna drabi dawn id-dgħajjes bl-immigranti imbagħad ikunu interċettati mill-gwardji tal-kosta Liibjani u jittieħdu lura lejn il-Libja.  Hu saħqu li imbagħad dawn l-immigranti  jispiċċaw jiffaċċjaw detenzjoni arbitrarja, tortura u ksur oħra tad-drittijiet umani.

L-OHCHR saħqet li “s-sitwazzjoni saret aktar akuta minħabba il-pandemija tal-Covid19 u dan għax bastimenti tas-salvataġġ qegħdin jiġu imwaqqfin milli jkomplu jwettqu is-salvataġġi.

“Dak li qed jiġri lill-immigranti, hu riżultat ta’ sistema li falliet. Hemm nuqqas kbir ta’ solidarjetà mill-Istati Ewrope”, iddikjarat il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti, Michelle Bachelet.

Minkejja li ma jeżistux passaġġi siguri biex immigranti Afrikani fil-Libja jidħlu fl-Ewropa, l-immigranti xorta waħda qed jagħżlu li jagħmlu dawn il-vjaġġi perikolużi, xi drabi aktar minn darba biex forsi jaslu fl-Ewropa.

Jisħaq li “detenzjoni arbitrarja, tortura, traffikar, abbuż sesswali, xogħol sfurzat u ksur ieħor tad-drittijiet umani, huma parti mill-orrur li jaraw l-immigranti fil-Libja”.

L-uffiċċju jgħid li hemm immigranti li qalu li l-Gwardji tal-Kosta Libjani sparar fuqhom, jew li ġie kkawżat mewġ tant li dgħajjes inqalbu jew immigranti spiċċaw qabżu l-baħar. L-uffiċċju qal li jekk dawn ir-rapporti huma minnhom, dawn huma allegazzjonijiet serji li juru falliment biex jiġu mgħejjuna persuni li kienu f’periklu f’nofs ta’ baħar. Hi qed titlob li jekk qed isiru xi tip ta’ pushbacks dawn għandhom ikunu investigati.

Din is-sejħa mill-OHCHR saret ftit jiem biss wara li missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti żaret Malta u anke tkellmet ma’ għadd ta’ immigranti. 

Filfatt din il-missjoni intervistat 76 immigrant minn 25 pajjiż. Xi immigranti qalu li huma kienu detenuti għal xhur sħaħ, b’ nuqqas ta’ aċċess għall-arja ta’ barra, nuqqas ta’ ikel u nuqqas ta’ ilma. Huma rrappurtaw ukoll iffullar,  u problemi biex ikollhom laqgħat ma’ l-avukat jew ma’ organizazzjonijiet umani. 

“Fil-Libja konna ġo ħabs. Niġu lejn l-Ewropa u nispiċċaw f’ħabs ukoll”, iddikjara wieħed mill-immigranti intervista. Il-Kummissarju Bachelet qalet fl-istqarrija li “hemm pressjoni fuq is-sistema f’Malta u bil-pandemija is-sitwazzjoni saret agħar. Id-drittijiet umani iridu jinżammu u dawk li jkunu miżmumin m’għandhomx jintesew.” 

Sport