Saturday, December 21, 2024

“Fil-lockdown konna l-wens għall-anzjani”

Aqra wkoll

L-FSWS tniedi r-rapport annwali għas-sena 2020 

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) tagħmel parti mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali (MFCS) nediet ir-Rapport Annwali għas-sena 2020 fejn intwera kif kompliet tissaħħaħ il-ħidma tagħha mil-lat soċjali kif ukoll dak kommunitarju. Ir-Rapport Annwali juri biċ-ċar kif il-Fondazzjoni qed tkompli tkun fuq quddiem biex tgħin lil aktar nies vulnerabbli f’pajjiżna. Għal dan il-għan l-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fi ħdan il-Fondazzjoni. Charlo Lautier tkellem fid-dettall mal-Kap Eżekuttiv tal-FSWS is-Sur Alfred Grixti dwar it-tnedija ta’ dan ir-rapport u l-ħidma tal- FSWS. 

Fil-messaġġ tiegħek fir-rapport annwali tal-Fondazzjoni Għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għas-sena 2020 tkellimt dwar is-sena li mmarkat il-pandemija tal-Covid-19. Xi jfisser dan għall-operat tal-fondazzjoni? 

Bħal kull organizzazzjoni ma konnix qed nistennew il-pandemija tal-Covid-19 u meta ktibt hekk ridt infisser li l-ħidma tagħna kienet iddominata minn dak kollu li affaċċjajna fir-realtà tal-pandemija. Minkejja l-pandemija, iżda bqajna għaddejjin bil-ħidma tagħna “normali” u assigurajna li s-servizzi essenzjali jibqgħu għaddejjin. 

Nibda biex insemmi ċ-Ċentru Detox li baqa’ jaqdi madwar 750 klijenti li baqgħu jieħdu l-methadone kuljum. Bqajna nassistu l-persuni bi problemi ta’ vjolenza domestika fejn saħansitra rranġajna mal-Korp tal-Pulizija biex ikollna postijiet għal dan l-użu biss biex innaqqsu r-riskju ta’ infezzjoni u tixrid tal-Covid-19. Baqa’ miftuħ ukoll ix-xelter li jilqa’ lill-vittmi tal-vjolenza domestika u s-Servizz tal-Pro- tezzjoni tal-Minuri baqa’ għaddej ukoll. Meta nħarsu lejn is-servizz tal-Kura Alter- nattiva, aħna m’għadniex lit- tfal imorru d-dar iżda ħallejna t-tmint idjar miftuħa b’31 tifel u tifla residenti fihom u meta l-iskejjel kienu magħluqin il-helpers u l-carers assiguraw li dawn it-tfal jibqgħu jirċievu l-edukazzjoni minn dawn id-djar stess. Żammejna wkoll miftuħ b’mod normali ċ-ċentru ta’ riabilitazzjoni f’Ħal Farruġ fejn li għamilna differenti kien li ma daħħalniex residenti ġodda sakemm kien sigur li nistgħu ndaħħlu u s-16-il resident baqgħu jirrisjedu u jingħataw l-għajnuna. Fiċ-Ċentru Detox il-ħaddiema kellhom jinqasmu f’żewġ xiftijiet biex jekk jimrad xi ħadd iċ-ċentru jibqa’ għaddej. Applikajna wkoll is-sistema tat-teleworking fejn min seta’ jaħdem mid-dar għamel dan ukoll. 

Mir-rapport ta’ Sena ta’ Ħidma tal-2020, wieħed jista’ jara li komplejna wkoll bl-attivitajiet tagħna dejjem skont ir-regolamenti tas- Saħħa Pubblika. Tellajna l-konferenza dwar it-Traffikar Uman u tal-Vjolenza Domestika bħas-snin ta’ qabel u kull ħaġa li kienet fil-kalendarju tagħna tista’ tgħid wettaqnieha. Għall-ewwel darba wkoll fix-xahar ta’ Diċembru saret konferenza dwar il-ħidma f’Għawdex u nedejna l-linja tas-solitudni 1772, inawgurajna r-rinovar ta’ Phase 3 f’Ħal Farruġ, ftaħna ċ-ċentru ta’ riżorsi tal-familja f’Għawdex u inawgurajna call centre ġdid tal-linja nazzjonali telefonika 179. Fejn jidħol tqassim tal-ikel dan baqa’ għaddej u wara sejħa pubblika ġie ingaġġat operatur privat fejn tqassmu madwar 20,000 kaxxa tal-ikel biex nevitaw li n-nies jiġu u jistennew fi kjuwijiet. Tista’ tgħid li kważi kienet sena “business as usual” però b’ħafna aktar ħsieb u loġistika. 

X’inizjattivi jew servizzi ġodda inħolqu tul is-sena u x’effett ħalla fuq persuni vulnerabbli? 

Is-servizz telefoniku 1772 fl-ewwel sitt xhur irċieva madwar 6,000 telefonata. Kif kien kulħadd magħluq ġewwa minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija l-wens għal dawk l-anzjani konna aħna. Minn qalbi nixtieq nirringrazzja u ngħid prosit kbira lill-professjonisti tagħna speċjalment f’dawk il-mumenti li kellhom jaħdmu mid-dar u jkompli għaddejjin bis- servizz biex iħaddmu dik il-linja. Aħna grazzi għat-teknoloġija tal-lum ninsabu attrezzati biex jekk ikun hemm il-ħtieġa l-professjonisti tal-linji telefoniċi 179 u 1772 ma jidħlux fl-uffiċċju u jkomplu dawn is-servizzi mid-dar. Is-sodisfazzjon tiegħi hu li meta dak l-anzjan riedu l-wens aħna tajnihulhom. Servizz ieħor ġdid kien li ftaħna ċ-Ċentru Riżorsi tal-Familja li ftaħna f’Għawdex li skont l-ewwel statistika li għandna jidher ċar li l-każi żdiedu għax is-sitwazzjoni kienet li ma kinux imorru persuni jitolbu l-assistenza għax ma kienx hemm servizzi f’Għawdex. 

X’effett u x’impatt ħalliet il-ħidma f’Għawdex? 

Għawdex kellu sehem ewlieni f’dawk li huwa persuni homeless. Aħna konna l-ewwel entità li tajna l-għajnuna lid-Dipartiment tas-Saħħa bl-ewwel testing centre li nfetaħ kien f’wieħed miċ-ċentri tal-FSWS f’Ħal Farruġ. Ma’ dak inħoloq testing shelter biex dawk in-nies li ma kellhomx saqaf fuq rashom sakemm jistennew ir-riżultat tal-Covid, ipprovdejnielhom fejn joqogħodu. Kif ġew mimlija x-xelters tal-home- less f’Malta, imbagħad il- gżira Għawdxija offriet xelter għall-istess kawża u grazzi għall-ħidma konġunta bejn l- FSWS u d-Dipartiment tal-An- zjanità Attiva, f’Għawdex irranġajna biex parti mill-kunvent tal-patrijiet Franġiskani minn xelter ta’ matul il-lejl sar xelter għal dawk ta’ bla saqaf fuq rashom sakemm għadda l-agħar tal-pandemija. 

Biex tmexxi enitità bħalma hija din l-aġenzija tagħha tridu baġit qawwi. Taħseb li bil-baġit li għandkom qed tilħqu s-servizzi u miri kollha tal-FSWS? 

Jekk tqis il-baġit li kellna fis-sena 2012 tista’ tgħid li sal-lum ittripla. Fejn fl-2012 kien allokat baġit ta’ ftit ‘il fuq minn 7 miljuni, illum il-ġurnata għandna baġit allokat ta’ ’l fuq minn 26 miljun. Bit-tkabbir tas-servizzi kellhom ukoll jirduppjaw l-ammont ta’ ħaddiema fejn illum għandna aktar minn 900 ħaddiem li 78% minnhom huma professjonisti li jagħmlu xogħol f’kuntatt dirett mal-klijenti. Però jekk ikollna aktar baġit ovvjament nagħmlu iktar. Iż-żieda ta’ fondi u impjegati qegħdin hemm biex nagħtu aktar servizzi. Ġewwa Għawdex illum noffru l-istess servizzi tista tgħid li noffru f’Malta. Dawn huma xempji ta’ kif aħna l-flus ma naħluhomx fix-xejn iżda ninvestuhom biex nagħtu servizz eċċellenti lill-kijenti. Fis-sena 2000 kien hemm 19,082 persuna li talbu l-assistenza tal-FSWS u assistejna f’20,020 każ. 

X’inizjattivi qed taraw għax-xhur u s-snin li ġejjin? 

Għall-futur li nixtieq hu konsolidament ta’ dak li għandna. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 ġie affettwat kif naħdmu u kif in- nies jaraw is-servizzi tagħna. Fil-mument irridu nagħmlu enfasi kbira fuq is-saħħa mentali u rridu niżguraw kif norjentaw biex nagħtu każ l-aktar is-saħħa mentali tan- nies. Aħna impenjati li rridu nkomplu ninvestu fil-komunitajiet u noffru s-servizzi akuti tal-protezzjoni tal-minuri, tal-vjolenza domestika kif ukoll tal-kura alternattiva. Is-servizzi qegħdin hemm u rridu nibqgħu nagħtuhom. Nagħlaq biex ngħid li x-xewqa tiegħi bħala Kap Eżekuttiv tal-fondazzjoni hija li jkollna preżenza f’kull lokalita’ għax jekk tkun viċin iċ-ċittadin il-problemi jiġu indirizzati mill-ewwel u mhux meta jikbru. 

Ekonomija

Sport