Hekk kif fl-aħħar ħareġ il-film ta’ Barbie, ħafna ġenituri qegħdin jagħmlu minn kollox sabiex jilħqu biljett u jmorru jaraw dan il-film ma’ uliedhom.
Fil-film waħda mill-attriċi, Margot Robbie sostniet li l-film huwa għal kulħadd. Missier fil-Messiku hekk għamel, mhux talli mar jara l-film, iżda anke libes tutu roża pariċċ it-tifla.
Il-missier, Eleazar Rodríguez Hernández kien kburi jgħid li libes tutu bil-kulur roża u stqarr li imbilli tilbes hekk, l-ilbies ma għandux jagħmlek raġel inqas minn ħaddieħor.