Friday, December 13, 2024

Fil-Messiku: Tinqatel kiesaħ u biered waqt li kienet qed tistenna lit-tifel tagħha

Aqra wkoll

Attriċi u kantanta Messikana nqatlet kiesaħ u biered b’tiri t’arma tan-nar hekk kif hija kienet qiegħda tistenna lil binha ta’ 11-il sena biex jispiċċa mis-sessjoni tat-taħriġ tal-futbol. Il-każ seħħ fl-istat ta’ Morelos. 

Tania Mendoza kienet ma’ numru ta’ ġenituri oħrajn fuq barra tal-kumpless sportiv ġewwa l-belt ta’ Cuernavaca meta żewġt irġiel armati waslu fuq il-post permezz ta’ mutur. Wieħed minn dawn l-irġiel sparalha numru ta’ tiri, u wara ħarab minn fuq il-post mal-kompliċi tiegħu. 

Statistika uffiċjali minn dan il-pajjiż turi li s-sena li għaddiet inqatlu medja ta’ għaxar nisa kuljum. Amnesty International iddeskriviet din l-istatistika bħala “pandemija xokkanti ta’ femmiċidju”. 

S’issa għadu mhux magħruf minn kien wara l-qtil ta’ Mendoza u x’kienet ir-raġuni. Immedjatament wara li seħħ il-qtil, il-pulizija bdew operazzjoni ta’ tiftix iżda s’issa din irriżultat fin-negattiv. 

Ekonomija

Sport