Friday, October 25, 2024

“Fil-mument tal-prova l-gvern rebaħ u l-Oppożizzjoni tilfet”

Il-Ministru għat-Trasport jisħaq li hemm bżonn maturità fil-Kamra tad-Deputati

Aqra wkoll

“Is-suġġett tal-ġimgħa kien l-Air Malta u l-futur tagħha u llum qegħdin inressqu dan l-abbożż dwar il-liġi tan-navigazzjoni tal-ajru. Jidher li fortunatament iż-żewġ naħat tal-Kamra ħadmu id f’id imma ma stajtx nibda mingħajr ma nagħmel ir-reazzjoni tiegħi dwar l-Air Malta”.

Iddikjara dan il-Ministru għat-Trasport l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia waqt li esprima d-delużjoni tiegħu għad-diskorsi li saru f’dan is-suġġet tant delikat.

Il-Ministru Farrugia qal li diżappuntat ħafna bid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ffoka fuq gvern li falla l-Air Malta. Huwa saħaq li l-ogħla istituzzjoni kienet titlob maturità ferm ikbar u appella liż-żewġ naħat tal-Kamra biex tiżdied il-maturità fuq suġġetti li jolqtu lill-poplu kollu.

Huwa saħaq li l-irwol tagħhom bħala membri parlamentari huwa li jieħdu d-deċiżjonijiet u hawnhekk faħħar lill-Ministru Clyde Caruana li kien kapaċi jinnegozja mal-Kummissjoni Ewropea biex pajjiżna jibqa’ jkollu linja tal-ajru nazzjonali.

Il-Ministru Farrugia sostna li t-tranżizzjoni kif imħabbra se tkun waħda li se toffri stabbiltà lill-ħaddiema u rotot profitabbli li juri li fil-mument tal-prova, il-gvern rebaħ filwaqt li l-Oppożizzjoni tilfet.

Sport