Sewwieq tal-mutur sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta ta’ nofsillejl kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dun Karm Birkirkara.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta raġel ta’ 29 sena residenti Birkirkara, Dacia Sandero misjuqa minn Serb ta’ 36 sena residenti l-Gżira u Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Pietà.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.