Tuesday, December 24, 2024

Fil-periklu tal-mewt wara li baqa’ dieħel bil-vann f’siġra f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Raġel jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Tal-Barrani f’Ħal Tarxien.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 40 sena residenti x-Xgħajra kien qiegħed isuq Toyota Hi-Ace meta għal xi raġuni tilef il-kontroll  u ħabat ma’ siġra u barrikati li jifirdu t-triq.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza lir-raġel sakemm aktar tard huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard irriżulta li kien sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport