Raġel ta’ 30 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn żiemel fis-Siġġiewi.
Il-Pulizija kienu informati għall-ħabta tal-10.30 a.m. li kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ waqt li kien f’kumpless f’Ħal Farruġ.
Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet informata bil-każ u ħatret inkjesta.