Friday, December 27, 2024

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ metri  f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Indjan ta’ 49 sena qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tal-11.30am waqa’ madwar żewġ metri f’residenza privata f’Birżebbuġa.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew informati mill-
awtoritajiet tas-saħħa li aktar kmieni kien iddaħħal raġel l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’residenza privata li tinsab fi Triq Salvatore Cachia Zammit, Birżebbuġa.

Mill-istħarriġ li sar irriżulta li raġel, li huwa mill-Indja u għandu 49 sena, weġġa’ wara li waqa’
madwar żewġ metri.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar għall-kura fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport