Sunday, July 13, 2025

Fil-Qorti ħareġ li ft-tfttxija fuq id-dar ta’ Joseph Muscat ħadet sehem mill-inqas persuna waħda li ma kinitx maħtura biex tagħmel it-tfttxija

Aqra wkoll

Il-mod kif l-awtoritajiet Żvizzeri remew talba biex jagħtu informazzjoni dwar l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u persuni oħra qed titqies bħala kundanna bla preċedent għal inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella u l-esperti tagħha.

L-Iżvizzera is-soltu tikkopera ħafna ma’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u tkun trid livell ta’ ġustifikazzjoni baxx ħafna biex tagħti informazzjoni mitluba.  Persuna midħla sew tal-qasam tal-prosekuzzjoni qal lil IT-TORĊA li dan ir-rifjut huwa umiljazzjoni għal pajjiżna.

“Il-fatt li l-awtoritajiet ġudizzjarji Żvizzeri qalu lill-Avukat Ġenerali li t-talbiet li saru kienu ‘fishing expedition’ huwa kumment iebes li ma jinkitibx kif ġieb u laħaq f’dokument uffiċjali bejn żewġ pajjiżi,” qal dan il-professjonist.

L-Avukat Ġenerali ibbażat it-talba tagħha fuq dak li kitbu l-esperti fl-inkjesta tal-Magistrat Vella.  Għalhekk dan il-kumment tal-Iżvizzeri qed jitqies  bħala kritika ħarxa lejn l-inkjesta.

L-awtoritajiet Żvizzeri qalu li biex jagħtu informazzjoni, kellu jiġi indikat b’ mod ċar min, kif u fejn kisru l-liġi.  Minflok it-talba kienet biex tingħata kull informazzjoni possibbli fuq kulħadd.  Din iddeskrivewha bħala “fishing expedition”‘ jiġifieri jitfgħu xibka biex jaraw x’jaqbdu mingħajr ma jafu x’qed ifittxu.

L-esperti ta’ Gabriella Vella kienu kkonkludew li xogħol li Joseph Muscat għamel għall-kumpanija fl-Iżvizzera, li għalih tħallas  €60,000 f’Malta u li fuqu ħallas it-taxxa, kien hlas talli l-kumpanija Steward ħadu kuntratt li skont l-esperti stess kien jiswa €400 miljun.

Minkejja li offra li juri dokumenti kollha dwar ix-xogħol, il-Magistrat Vella ordnat tfittxija fuqu u fuq familtu f’ darhom.  Fil-ġimgħat li għaddew fil-Qorti kien sar magħruf illi fit-tfittxija ħadet sehem mill-inqas persuna waħda li ma kenitx maħtura biex tagħmel it-tfittxija.  Fuq barra tad-dar waqt it-tfittxija kien hemm Robert Aquilina ta’ Repubblika.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport