Fil-Qorti dan il-ħin qed јinstema l-każ ta’ Salvatore Di Prima, Taljan ta’ 49 sena. Huwa se jitressaq quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo.
Huwa jinsab akkużat li nhar is-Sibt ipprova joqtol lil uliedu: ibnu ta’ 12-il sena u bintu ta’ 10 snin.
Di Prima ġie arrestat f’Baħar iċ-Ċagħaq nhar it-Tlieta għall-ħabta tas-7pm. Dan wara tfittxija mill-Puliziјa li damet tlett ijiem. Dan sar bi tfittxija fil-baħar, fuq l-art u anki permezz ta’ drones.
Aktar dettalјi mal-ħin …

