Saturday, December 28, 2024

Fil-Vjetnam: Mis-sodda tal-isptar jiskopru li qatlulhom 12-il kelb minħabba biża’ li jitrażmettu l-Covid-19

Aqra wkoll

Hekk kif l-infezzjonijiet tal-Covid-19 bdew jiżdiedu, koppja Vjetnamiża ħasbet biex titlaq mill-provinċja ta’ Long An fuq mutur flimkien mal-klieb tagħhom.

Wara dan, huma ttestjaw pożittivi għall-Covid-19. Mis-sodod tal-isptar tagħhom, sabu li 12 mill-klieb tagħhom inqatlu mill-awtoritajiet minħabba l-biża’ li l-annimali jistgħu jxerrdu l-virus.

“Jien u marti bkejna tant li ma stajniex norqdu,” qal Pham Minh Hung, ta’ 49 sena, lill-midja internazzjonali.

“Ma ridtx nemmen li dak li ġara seħħ verament… Ma stajt nagħmel xejn biex nipproteġi lit-tfal tiegħi,” qal ir-raġel b’referenza għall-klieb tiegħu.

L-istorja tagħhom, dokumentata fuq l-app tal-midja soċjali TikTok, qajmet reazzjoni kbira fil-Vjetnam, u saret petizzjoni li titlob it-tmiem ta’ din il-prattika. Din il-petizzjoni kellha aktar minn 150,000 firma. 

L-aħħar mewġa ta’ infezzjonijiet kienet l-agħar waħda li laqtet lill-Vjetnam sa mill-bidu tal-pandemija.

Lockdown aħrax f’dawn l-aħħar xhur fisser li ħafna ħaddiema immigranti ma setgħux jaqilgħu l-għajxien tagħhom, u dan wassal biex mill-inqas miljun persuna taħrab mill-bliet il-kbar. Fost dawn, kien hemm din il-koppja.

Kien fit-8 ta’ Ottubru meta din il-koppja bdiet il-vjaġġ ta’ 280km flimkien mal-klieb u tliet qraba tagħhom.

Bosta xhieda ppubblikaw fuq il-midja soċjali diversi filmati dwar il-vjaġġ tal-koppja, fejn jidhru fuq il-mutur flimkien mal-affarijiet u l-klieb tagħhom. 

Ekonomija

Sport